Rent a car Switzerland

/   rentacarswitzerland.com   / Maltija  

2019-10-15 11:40:55

Tuesday, October 15, 2019, 10:20

Fis-sezzjoni tan-nisa, Sandra Xuereb ħarġet sparata b’logħba tajba ta’ 196, li kienet bizzejjed biex tikkwalifika fl-ewwel post quddiem iż-żagħżugħa ta’ 14-il sena Ruslana Grima wara l-erba’ logħbiet tal-kwalifiki. L-erba’ plejers l-oħra li għaddew kienu Angele Azzopardi, Natasha Bianchi, żagħżugħa oħra ta’ 14-il sena Kathryn Fenech u Jessica Farrugia.

Il-logħob fil-finali raw lil Farrugia tirbaħ 4 minn 5 logħbiet, li għinuha biex titla’ sat-tielet post, filwaqt li Fenech lagħbet l-ogħla total biex telgħet sat-tieni post wara li tilfet l-aħħar logħba kontra Xuereb. B’hekk Xuereb rebħet l-ewwel unur tagħha f’dan l-isport.

Wara li fil-kwalifiki ddomina s-sezzjoni tal-irġiel b’medja  ta’ 175 fuq 4 logħbiet, Keith Farrugia beda tajjeb ferm fil-fażi finali b’logħba ta’ 193 u rebħa kontra Damian Pisani. Iżda Farrugia naqqas ferm u spiċċa niżel fil-ħames post, waqt li l-veteran Ian Howard rebaħ 4 minn 5 logħbiet biex spiċċa l-ewwel hekk kif għadda lil Pisani b’distakk żgħir ta’ 5 pins.  Travis Barbara kellu turnament sabiħ biex spiċċa fit-tielet post, segwit minn Gorg Camilleri. Kieran Seguna spiċċa fis-sitt post.


sportinmalta.com
xuereb post howard biex spia farrugia logbiet sportinmalta lokali bowling tazza bronz



User comments